Ritratti: Venezja tiftaħ il-karnival bil-maskri u l-brijju

Eluf ta’ nies ħadu sehem fil-ftuħ grandjuż tal-karnival f’Venezja, li sar fi Pjazza San Mark.
Is-Sibt filgħaxija, spettaklu ta’ logħob tan-nar xegħel is-sema u ċ-ċelebrazzjonijiet komplew tul il-lejl bin-nies lebsin l-aqwa maskri.
Filwaqt li l-pulizija ma laqgħux proposta biex in-nies ma jitħallewx jilbsu l-maskri, xorta żiedu l-uffiċjali jduru fit-toroq.
Għadd ta’ dgħajjes dehru għaddejjin fil-kanali tal-belt li laqgħet turisti minn madwar id-dinja għal dan l-ispettaklu annwali.
Il-Karnival ta’ Venezja jibqa’ għaddej sad-9 ta’ Frar u jinkludi programm ta’ ikliet, parati fit-toroq, żifniet, ballijiet u kunċerti.