Ritratti: Vanni jżomm il-paċi

Il-proġett il-ġdid tal-Fondazzjoni tal-President għall-Benesseri tas-Soċjetà huwa propju l-Proġett Vanni.

Dan il-proġett se jippromovi djalogu rispettabbli u joħloq b’mod innovattiv opportunitajiet biex tkompli tikber il-paċi għall-benefiċċju tas-soċjetà Maltija.

Għall-okkażjoni tal-inawgurazzjoni ta’ dan il-proġett, għattendiet il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca.