Ritratti: Vandaliżmu fuq tabelli tat-traffiku fil-Għargħur

Numru ta’ tabelli li tpoġġew fi Triq Santa Katarina fil-Għargħur ġew ivvandalizzati jew inqalgħu minn posthom.
Transport Malta sostniet li biex ikun hemm immaniġġjar aħjar tat-traffiku fl-inħawi sar xi tibdil fit-tabelli.
Filwaqt li għamlet rapport mal-Pulizija, l-Awtorità qed tappella lil min għandu xi informazzjoni fuq dan il-vandaliżmu biex jgħaddi din l-informazzjoni lill-Pulizija.
It-tabelli kollha se jerġgħu jitpoġġew fil-jiem li ġejjin. 

Ritratti: TM