Ritratti: Vandaliżmu fuq it-Torri tal-Qbajjar

Newsbook.com.mt huwa nfurmat li matul il-lejl ta' bejn is-Sibt u l-Ħadd, it-Torri tal-Qbajjar, limiti ta' Marsalforn, safa vandalizzat. 

Ritratti li rċieva dan is-sit juru numru ta' graffiti b'żebgħa blu u ħamra fuq il-faċċata tat-torri, fejn fost l-oħrajn hemm kliem oxxen.

Barra minn hekk ritratti oħra juru t-telqa u l-abbandun li jinsab fih dan it-torri u l-inħawi tal-madwar.