Ritratti: Vandaliżmu fl-Aħrax tal-Mellieħa

Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) qalet li bejn il-lejl tal-24 u l-25 ta’ Frar numru ta’ siġar fir-Riżerva tal-FKNK fl-Aħrax tal-Mellieħa ġew ivvandalizzati.
Fi stqarrija, l-FKNK qalet li l-vandaliżmu sar fuq is-siġar kollha tal-Prinjol li tħawlu fit-18 ta' Frar waqt attività tagħha. Żiedet tgħid li s-siġar inqalgħu mill-għeruq minn xi persuna jew persuni mhux magħrufa. L-FKNK qalet ukoll li tqaċċtu wkoll xi siġar tal-Bruk li kienu tħawwlu madwar sena ilu.
FL-attività tat-18 ta’ Frar is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja u s-Sajd Clint Camilleri kien ikkundanna l-aġir ta’ ċertu nies li meta jżuru dan il-post, flok igawdu l-ambjent naturali u jħalluh kif sabuh għat-tgawdija ta’ kulħadd, jagħmlu ħsarat estensivi fl-akwati billi jwaqqgħu l-ħitan tas-sejjieħ u jaqtgħu s-siġar.
Ritratti: FKNK