Ritratti: Vandaliżmu fid-Dwejra

Facebook - Joe Vella Gauci

L-Ambaxxatur Malti għall-UNESCO Mons. Joe Vella Gauci, fuq il-midja soċjali tella’ ritratti ta’ vandaliżmu li sar fid-Dwejra Għawdex.

Huwa spjega li dan il-vandaliżmu sar minn individwu jew individwi mhux magħrufa u ntefgħet żebgħa mal-blat, man-nomenklatura u mal-istrutturi tal-injam.

Huwa appella biex ikun hemm aktar attenzjoni u tittiħed azzjoni.

It-tieqa tad-Dwejra hija kienet iġġarrfet fit-8 ta’ Marzu 2017 wara li r-riħ u l-baħar qawwi mill-Majjistral u t-Tramuntana kienu qed ħakmu l-inħawi. F’post fuq Facebook il-Prim Ministru Joseph Muscat kien ħabbar dan.

It-tnaqqir fit-tieqa kien proċess naturali, minħabba l-elementi naturali li seħħew fuq medda ta’ ħafna snin. It-tieqa tad-Dwejra kienet magħmula mill-ġebla Maltija l-franka. Hija kienet it-tieni l-eqdem blata antika li nstabet f’Malta.

Fi Frar 2017, il-Ministru Josè Herrera kien ħabbar li d-Dwejra u l-Park tal-Majjistral kienu se jiġu kkunsidrati biex ikunu meqjusa Wirt Dinji jew National Geoparks.