Ritratti: Użaw il-festi tal-Milied biex kienu ġenerużi mal-ambjent

Żewġt aħwa, Maria u Kevin Farrugia, flimkien ma’ seħibhom Joeaby Vassallo, użaw il-festi tal-Milied biex jagħmlu att ġeneruż lill-ambjent.
Ikkampjaw fl-inħawi ta’ Rsejjen, mal-kosta taħt it-Torri tal-Ħamrija u taħt it-tempji tal-Imnajdra fil-Qrendi, u ġabru l-iskart mormi jew imkaxkar mill-baħar fl-inħawi.
Huma użaw il-ħin liberu tagħhom biex ġabru kwantità ta’ plastik, injam, xbiek tas-sajd imkaxkar mill-baħar, u materjal ieħor u fl-istess ħin ma ħallew ebda traċċi tal-ikkampjar tagħhom.
It-tliet żgħażagħ qalu li ħassew li kellhom jagħtu xi ħaġa lill-ambjent li offrielhom post daqshekk sabiħ xi jgawdu.
Mal-ewwel jum imlew disa’ boroż kbar tal-iskart u mat-tieni jum, ħadu magħhom iktar boroż u mlew 12-il borża oħra.