Ritratti: ​Uliedek se jieħdu sehem fil-Qaritona?

Tnediet il-Qaritona Nazzjonali, inizjattiva li għandha l-għan li tkompli trawwem iktar imħabba għall-qari fost it-tfal, filwaqt li turi solidarjetà mal-oħrajn.
Din l-inizjattiva qed issir mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu taħt il-Patroċinju tal-President Marie-Louise Coleiro Preca.
Il-President spjegat li minbarra li tippromwovi l-importanzi tal-ktieb u l-qari, il-Qaritona se sservi biex jinġabru fondi li permezz tagħhom, madwar 67 tifel u żgħażagħ neqsin mid-dawl, se jingħataw apparat teknoloġiku biex huma wkoll ikunu jistgħu jaqraw.
Permezz ta’ donazzjoni għal kull ktieb li jaqraw, it-tfal se jkunu qegħdin juru solidarjetà ma’ tfal bħalhom għax se jkunu qegħdin jiġbru flus biex jinkisbu riżorsi edukattivi partikolari.
Ritratti: OPR