Ritratti u filmati: Jisfidaw fil-Ħamrun

L-ilwien tal-qawsalla dalgħodu lewnu t-triq ewlenija tal-Ħamrun li s-soltu l-kuluri li jiddominaw fiha jkunu l-aħmar u l-blu, fi żmien il-festa.
Fost l-oħrajn saret parata tal-baned, bis-sehem tal-każini tal-baned ewlenin: is-Soċjetà Mużikali San Ġużepp, l-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu u l-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni.
Ħadu sehem ukoll il-1st Ħamrun Scout Group, Guggen Band, kumpaniji taż-żfin u anke maskaruni.
Imma għall-ħabta ta’ nofsinhar infetħu bwieb is-sema, fejn minbarra xita ktieli ktieli, niżel is-silġ! Imma xorta baqgħu għaddejjin! Tista' tgħid li l-Ħamruniżi kienu kuraġġużi u sfidaw it-temp!
Ritratti u filmati: Stephen Deguara