Ritratti u Filmat: Ħerba fil-Messiku kawża tal-urugan Manuel

Tal-inqas 58 persuna huma rrappurtati nieqsa wara li l-urugan Manuel ħakem il-belt ta' Acapulco fil-Kosta Paċifika fil-Messiku.

Is-sindku ta’ Ayotac qal li 15-il persuna ġew rikoverati filwaqt li 70 persuna oħra jinsabu mirduma taħt it-tajn, wara li valanga radmet madwar 20 residenza.

Il-President Messikan Enrique Peña Nieto ddeskriva l-ħsara bħala waħda katastrofika.