Ritratti u Awdjo: Jieqaf bil-karozza u jarmi l-iskart f’għalqa

Fil-jiem li għaddew, raġel intlemaħ jitfa’ xi skart f’għalqa fil-Mosta, li kien jinkludi kartun, injam u plastik. 

Qarrejja ta' Newsbook.com.mt bagħtitilna ritratti li juru każ ta’ rimi ta’ skart illegali fil-Mosta, li seħħ nhar il-Ħadd li għadda, fil-5pm, fi Triq Durumblat.

Il-qarrejja spjegat kif ir-raġel li kien għaddej bil-karozza, waqaf fil-ġenb, fetaħ il-bagoll u beda jarmi l-iskart f'għalqa.

Iddeskriviet dan l-aġir bħala wieħed diżgustanti.

Il-Viċi-Sindku tal-Kunsill Lokali tal-Mosta, Joe de Martino kkundanna dawn l-atti illegali u spjega kif huma ftit dawk li għadhom jiddisponu l-iskart b'dan il-mod. 

Huwa appella lill-pubbliku biex jagħmel użu mill-faċilitajiet u s-servizzi offruti mill-kunsill.

Ħalli l-kumment tiegħek hawn.