Ritratti: Twissija ta’ xita, ragħad, u silġ

Miguela Xuereb

L-Uffiċċju Metereoloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ħareġ twissija dwar ħalbiet iżolati tax-xita bir-ragħad u silġ li se jaffetwaw lill-gżejjer Maltin.

Silġ (‘hail’) kbir fir-Rabat 🌨 27.5.2020

Silġ (‘hail’) kbir daqs dijametru ta’ munita ta’ 2 ewro kien irrappurtat u kkonfermat fir-Rabat f’Malta, aktar kmieni llum waranofsinhar, kif jixhed anke dan il-filmat..Ftit qabel deher sħab skur u ta’ lewn ħadrani fl-inħawi, li huwa indikazzjoni ċara ta’ maltemp sever.🌨⚡️🎥 Chris Bugeja (27.5.2020)

Posted by It-Temp Madwarna on Wednesday, May 27, 2020

Intant diversi f’diversi lokalitajiet kien hemm rapporti ta’ għargħar.

Għal għada qed jiġi mbassar temp ftit imsaħħab.