Ritratti: Triq il-Mosta magħluqa minħabba xogħol urġenti

Triq il-Mosta f’Ħal Lija, it-triq li minn B’kara tagħti lejn il-Mosta, tinsab magħluqa għat-traffiku minħabba dak li l-pulizija qed tiddeskrivi bħala “xogħol urġenti f’din it-triq”.
Ir-ritratti li għandu Newsbook.com.mt juru li hemm ammont konsiderevoli ta’ ilma fl-art speċjalment fil-parti fejn hemm iċ-ċimiterju.