Ritratti: Triq il-Kosta reġgħet koppi!

Triq il-Kosta jidher li ma felħitx għax-xita li għamlet matul il-ġurnata u spiċċat b’għadajjar kbar ta’ ilma. 
L-iktar parti li żammet ilma hi dik ta' fejn Is-Salini.
It-triq, li fuqha ntefqu €53 miljun, infetħet uffiċjalment ix-xahar li għadda, u din hi t-tieni darba li spiċċat mgħerrqa fl-ilma.
Ritratti: Martina Borg