Ritratti: Traskuraġni u telqa fl-Addolorata

Kif jixhdu dawn ir-ritratti li ngħataw lil Newsbook.com.mt mingħand numru ta’ qarrejja, fiċ-ċimiterju tal-Addolorata hemm partijiet li jinsabu f’telqa kbira.
Dawn il-persuni li tkellmu ma’ Newsbook.com.mt jinsabu urtati u sostnew li l-post huwa sagru u fih jinżammu l-għeżież mejta.
Fil-post ukoll hemm it-tabelli bil-kitba li l-post hu sagru u għandu jinżamm nadif iżda l-post mhux biss huwa maħmuġ imma wkoll mitluq, b’oqbra miftuħin, ħaxix ħażin tiela’ ma' kullimkien u passaġġi mkissra.
Huwa d-Dipartiment tas-Sanità li huwa responsabbli miċ-ċimiterju tal-Adolorata.
Ma’ Newsbook.com.mt, dawn il-persuni qalu li diġa "nġibdet l-attenzjoni iżda qisha waqgħet fuq widnejn torox" qalu wkoll li "l-għeżież tagħna ma jistħoqilhomx hekk".
Filwaqt li enfasizzaw li ċ-ċimiterju issa ilu bosta snin mitluq jidher li t-traskuraġni u l-ħmieġ żdiedu.
Uħud mir-ritratti sabu posthom ukoll fuq il-midja soċjali u saru appella għat-tindif minn numru ta’ persuni.
Fir-ritratti ġie ttaggjat is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne.
Se tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-Prim Ministru Joseph Muscat biex tittieħed azzjoni.