Ritratti: Traġedja oħra mal-kosta Libjana…

Madwar 30 persuna mietu u 200 oħra ġew salvati wara li 2 dgħajjes bl-immigranti nqalbu qrib il-kosta Libjana lbieraħ filgħodu.
Fost l-għadd ta’ mejtin, li mistenni jikber, hemm ukoll tlitt itrabi u 18-il mara, u rapporti qed jgħidu li hemm mal-40 persuna li għadhom ma nstabux.

Kelliem għall-Armata Libjana qal li x’aktarx id-dgħajjes inqalbu għax ma felħux aktar piż, filwaqt li kkonferma l-għadd ta’ mejtin u żied li 80 persuna oħra jinsabu f’qagħda ħażina l-isptar.
Irrimarka li waqt l-operazzjoni biex isalvaw lil dawn il-persuni, intlemaħ dingi ieħor b’madwar 120 persuna fih, u dawn ġew salvati.
Huma ttieħdu immedjatament lura mnejn ippruvaw jitilqu, jiġifieri l-Libja.
Qed jingħad li xi iġsma ttieklu mill-klieb il-baħar.