Ritratti: Traffiku u konfużjoni f’Pembroke

Dalgħodu residenti f’Pembroke kellhom iħabbtu wiċċhom ma’ traffiku kbir sabiex joħorġu minn Pembroke stess.
Hu mifhum li dalgħodu xi ħaddiema kienu qed jitfgħu r-ramel fil-bajja ta’ San Ġorġ u għalhekk ingħalqet waħda mit-tliet toroq prinċipali f’Pembroke.
Xi residenti esprimew ir-rabja u l-frustrazzjoni tagħhom fuq Facebook, b’ħafna jasslu tard għax-xogħol u saħansitra studenti li spiċċaw ma marrux skola.
Waħda mir-residenti spjegat kif binha għamel 40 minuta fuq tal-linja mingħajr ma ċċaqalqet. Huwa spiċċa mar lura d-dar u tilef ġurnata skola għax ma kellux triq oħra.