Ritratti: “Tradizzjoni ħelwa ta’ kull sena” – President

Ritratt: Paġna tal-President fuq Facebook

Il-marċ tradizzjonali tas-Sibt filgħodu għall-okkażjoni tal-festa ta’ San Duminku l-Belt kien wieħed brijjuż, u mmexxi mill-banda ċittadina King’s Own.

Hekk kif il-banda daħlet fil-bitħa prinċipali tal-Palazz, ġiet milqugħa mill-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca u s-Sur Preca. Il-President saħqet li din hija “tradizzjoni ħelwa ta’ kull sena”.

Tradizzjoni ħelwa ta' kull sena hekk kif il-Banda King's Own tal-Belt Valletta tidħol fil-bitħa prinċipali tal-Palazz, il-Belt Valletta, fl-okkażjoni tal-festa ta' San Duminku.

Posted by Marie-Louise Coleiro Preca on Saturday, August 4, 2018