Ritratti: Torti tat-tiġieġ u l-laħam

Ritratt: Kim Johnston

Riċetta u ritratti ta’ Kim Johnston

Għall-għaġin

kilo dqiq
nitfa melħ

250g marġerina

Ħallat kollox flimkien f’food processor u żid biżżejjed ilma biex tifforma l-għaġina. Ħalli fil-ġenb waqt li tlesti l-mili.

Il-mili għat-torta tal-laħam

laħam aħmar tal-għażla tiegħek

2 karrotti

nofs basla

piżelli

kunserva

trab tal-curry

bżar u melħ

ilma

Iggrilja l-laħam. Żid l-ingredjenti l-oħra u sajjar sakemm jieħdu l-kulur sakemm il-ħaxix jirtab.

Il-mili għat-torta tat-tiġieġ

sider tat-tiġieġ

faqqiegħ

nofs basla

piżelli

spinaċi

krema Grana Cucina

bżar u melħ

paprika ħelwa

Metodu

Iggrilja t-tiġeġ u roxx ftit bżar u melħ u l-paprika.  Żid il-ħaxix u sajjar sakemm jirtab. Jekk trid tista’ żżid ftit inbid abjad. Żid il-krema u sajjar fuq nar bati għal ftit minuti.

Agħmel l-għaġina għall-gosti tiegħek u żid il-mili. Fit-torti tiegħi żidt  il-ġobon.

Qabel issajjar fil-forn idlek il-wiċċ b’bajda mħabbta biex il-wiċċ tat-torti jieħdu kulur dehbi.