Illejla f’San Ġiljan bilkemm hemm ruħ, minkejja li hu Jum San Patrizju, ġurnata li normalment tara lil bosta Maltin jerħulha lejn Paceville.
Il-Gvern ilbieraħ ħabbar miżura ġdida, li minn nofsillejl illum, il-bars, ristoranti u gyms kollha se jinżammu magħluqin minħabba l-imxija tal-coronavirus.
Dan wara li l-ġimgħa li għaddiet, il-Gvern ħabbar miżura oħra li m’għandhomx isiru attivitajiet tal-massa. Dan kien wassal lill-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan biex jgħid li ma huma se jinħarġu l-ebda permessi għal attivitajiet f’Jum San Patrizju.
S’issa f’Malta hawn 38 każ tal-coronavirus. L-iżgħar vittma għandu 3 snin. Irkupraw żewġ persuni, li t-testijiet tagħhom irriżultaw fin-negattiv darbtejn.
Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn.