Ix-xogħol li tnieda mill-Ministeru għal Għawdex biex jitranġaw mas-60 triq f’Marzu għadu għaddej f’Għawdex. Minn dawn hemm madwar 25 lesti – hemm ix-xogħol għaddej fuq 15 oħra filwaqt li oħrajn għandhom bżonn tender.
Newsbook.com.mt żar xi ftit mit-toroq li tlestew u qed iqabbel id-dehra tagħhom tal-lum ma’ kif kienu fl-2016 meta ttieħdu ritratti minn Google Maps tat-toroq Għawdxin.

Nadur
Triq il-Qortin.
Ir-Rabat, Għawdex
Triq Arċisqof Pietru Pace, Triq Forn il-Ġir, Triq Mro. Dirjanu Lanzon, Triq Għajn Qatet, Triq Michele Meilak, Triq Mattia Preti, Triq Michele Busuttil, u Triq Putirjal.
Xewkija
Triq il-Knisja.
Żebbuġ
Triq Sagħtrija.
Xagħra
Triq Kummittiva.
Ta’ Sannat
Triq Saguna, Triq l-20 ta’ Lulju, u Triq Gerxija.
Munxar
Triq il-Qsajjem.
San Lawrenz
Triq id-Dwejra, u Triq id-Duluri.
Qala
Triq Kassja.
Kerċem
Triq Wied il-Lunzjata, u Triq Wenzu Mintoff.
Informazzjoni dwar fiex wasal ix-xogħol fuq it-toroq ħarġet minn mistoqsija parlamentari li saret lill-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana mill-Membru Parlamentari Nazzjonalista Chris Said. Said staqsa lil Caruana wkoll meta hu mistenni li jitlestew dawn it-toroq, iżda din il-parti mill-mistoqsija ma twiġbitx.
Ara fiex waslu l-64 triq li qed jitranġaw f’Għawdex