Ritratti: Tniġġis fil-baħar qrib Żonqor Point

Ix-xogħol fuq il-promenade propost li għandu jgħaqqad ix-Xgħajra ma' Żonqor Point f'Marsaskala jidher li beda minkejja l-kontroversja tal-bini ta' lukandi fuq żona barra mill-iżvilupp. Ritratti li bagħtilna qarrej ta' Newsbook.com.mt juru t-tniġġis tal-baħar hekk kif qed jintrema ilma bix-xaħx minn pajpijiet apposta.
F'Jannar li għadda l-Kummissjoni Interdjoċeżana Ambjent kienet ikkritikat il-proposta ta' żvilupp, hekk kif numru ta' għaqdiet ambjentali wkoll kienu wrew it-tħassib tagħhom dwar il-ħsara ambjentali li dan il-proġett jista' joħloq.