Ritratti: Tnejn l-isptar minħabba nirien f’San Ġiljan

Żewġ persuni ttieħdu l-Isptar Mater Dei wara li matul il-lejl nirien ħakmu blokka appartamenti f’Ta’ Giorni f’San Ġiljan.
L-inċident seħħ għal ħabta tan-nofsiegħa ta’ filgħodu meta nirien ħakmu l-komun tal-blokka f’Telgħet Birkirkara.
Filwaqt li r-residenti ġew evakwati, membri tal-Protezzjoni Ċivili marru fuq il-post biex jitfu n-nirien.
Żewġ persuni ttieħdu l-isptar permezz ta’ ambulanza fejn ġew trattati għad-duħħan li belgħu.

Ritratti fuq: info@newsbook.com.mt