Ritratti: Tlibbes lit-tifla bil-frott, ħaxix u fjuri

Spiss il-ġenituri jgħidu ‘l uliedhom biex ma jilagħbux l-ikel. Iżda għall-artista Alya Chaglar u bintha Stefani ta’ tliet snin, il-logħob bl-ikel hu parti mill-gost tal-ġurnata.
Billi żżomm il-frotta jew il-fjura fid-distanza t-tajba minn bintha, l-artista jirnexxielha toħloq kwadru biex it-tifla tidher qisha liebsa dublett jew libsa mill-iktar eleganti.
Ir-riżultati finali qed jiġu deskritti bħala differenti, artistiċi u ħelwin, fl-istess ħin.
Stefani spiċċat ukoll magħrufa sew fuq Instagram, bin-nies kurjużi biex jaraw xi tkun libset ġdid.