Ritratti: Tiżwiqa mużikali fi Pjazza San Ġorġ

Sentry Visuals by Ian J. Photos

Ilbieraħ fi Pjazza San Ġorġ, fil-Belt Valletta. sar il-kunċert Versatile and Friends for ALS 2019, bil-fondi jmorru biex tinbena it-tieni Dar Bjorn.

L-istazzjon tar-radju 103 kien l-istazzjon uffiċjali għal dan l-avveniment fejn għadd ta’ preżentaturi tal-istazzjon ippreżentaw l-għexieren ta’ kantanti u mużiċisti li pparteċipaw.

103 Malta’s Heart – The official radio station for Versatile and Friends for ALS ❤️#team #selfie #onstage #alsmalta

Posted by 103 on Wednesday, September 4, 2019

Il-kunċert kien b’xejn, u nġabru donazzjonijiet mal-bieb. L-artisti preżenti kienu Ira Losco, The Travellers, Red Electrick, Ivan Grech, Big Band Brothers u ħafna iżjed.

Aqra: Filmat: Artisti u mużiċisti jingħaqdu għal kunċert b’risq Dar Bjorn

Bjorn Formosa kien spjega fuq 103 li s-sena li għaddiet infetħet l-ewwel Dar Bjorn, iżda din mhix biżżejjed. B’hekk qed isir ix-xogħol fuq Dar Bjorn ġdida li se tkun tista’ takkomoda ħafna mill-problemi newroloġiċi li hawn fil-pajjiż. Qal li x-xogħol ta’ kostruzzjoni mistenni jibda f’Ottubru li ġej, filwaqt li l-iskop huwa li lejn it-tmien tal-2020, id-dar tibda tilqa’ l-ewwel persuni fi ħdanha.

Aqra: “Dar Bjorn qed jibniha l-poplu Malti biċċa biċċa” – Bjorn

L-għaqda ALS Malta u l-proġetti ta’ Dar Bjorn huma speċifikament għal persuni li jsofru mill-Amyotrophic lateral sclerosis (ALS) li hija marda li taffettwa nervaturi fil-moħħ u fl-ispina tad-dahar li jikkontrollaw il-movimenti muskolari volontarji.

Aqra: €18,320 għal Dar Bjorn minn donazzjonijiet waqt kunċert