Ritratti: Tittajjar mara waqt li kienet qed taqsam it-triq fil-Ħamrun

Mara ttajret waqt li kienet qed taqsam it-triq fil-Ħamrun.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.15 am fi Triq il-Kbira San Ġużepp kantuniera ma' Triq Schembri.
Jidher li l-mara ġarrbet ġrieħi f'rasha.
Hi ttieħdet l-Isptar Mater Dei b'ambulanza biex tingħata l-kura meħtieġa.
Ritratti: Beppe Galea