​Ritratti: Tisraq il-qlub anke fil-Ġimgħa l-Kbira!

Reġgħet serqet il-qlub, Carla Cutajar, it-tifla kariżmatika li fil-Milied li għadda għamlet il-prietka fil-Konkatidral ta’ San Ġwann.
Ilbieraħ, Carla ħadet sehem fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira fil-Mosta fuq inizjattiva ta’ nannitha Ċensina Zammit.
Spikkaw mill-ġdid id-determinazzjoni, il-perseveranza u l-umità ta’ din it-tifla ta’ 10 snin minn Ħal Kirkop.
Tgħid fejn imiss narawha lil Carla l-Koppina?