Filmat: Korteo funebri lejn il-Katidral tal-Imdina

Miguela Xuereb

Read in English.

LIVE: Korteo funebri mill-Kunvent ta' San Mark għall-Katidral tal-Imdina

Posted by Newsbook.com.mt on Thursday, January 9, 2020

Bħalissa hemm għaddej il-Korteo funebri li telaq mill-Kunvent San Mark fir-Rabat lejn il-Katidral tal-Imdina.

Tislima lill-Kardinal Prospero Grech fir-Rabat

Dalgħodu l-kappella tal-Kunvent ta’ San Mark, fir-Rabat, infetħet għall-pubbliku sa nofsinhar sabiex dawk li xtaqu jagħtu l-aħħar tislima lill-Kardinal Prospero Grech setgħu jagħmlu dan. Kull minn attenda seta’ jiffirma l-ktieb tal-kondoljanzi.

F’nofsinhar imbagħad indaqqet mota funebri fil-knejjes kollha f’Malta u Għawdex.

Intant, wara l-korteo funebri, fis-2pm issir quddiesa praesente cadaver b’suffraġju tal-Kardinal, ippreseduta mill-Arċisqof Charles Scicluna. Miegħu se jikkonċelebraw l-Arċisqof Alessandro D’Errico, Nunzju Appostoliku għal Malta, l-Isqof Mario Grech, Amministratur Appostoliku tad-Djoċesi  ta’ Għawdex, l-Isqof Joseph Galea-Curmi u l-Isqof Pawlu Darmanin, Isqof Emeritu tad-Djoċesi ta’ Garissa, il-Kenja.

L-Ordni Agostinjan se jkun rappreżetat mill-Vigarju Ġenerali, Patri Joseph Farrell, flimkien mal-Assistant Ġenerali Patri Edward Daleng. Il-Provinċja Agostinjana Maltija se tkun rappreżentata mill-Pirjol Provinċjali Patri Leslie Gatt u għadd ta’ reliġjużi oħra tal-Provinċja. Magħhom se jikkonċelebra wkoll Patri Alexander Longs f’isem il-Komunità ta’ Santa Monika f’Ruma, fejn il-Kardinal għex għal aktar minn 60 sena.

Il-kongregazzjoni ser tkun immexxija mill-President ta’ Malta Dr George Vella. Wara l-Quddiesa, id-difna tkompli f’forma privata.

Il-Provinċja Agostinjana Maltija qalet li tixtieq li minflok fjuri jintbagħtu għotjiet ta’ karità lid-Dar tal-Providenza jew lis-Segretarjat għall-Missjonijiet Agostinjani, li kienu tant għal qalb il-Kardinal Prospero Grech.

Intant, il-Gvern Malti ddikjara l-jum tal-lum bħala jum ta’ luttu b’tislima lill-Kardinal Grech.