Ritratti: Tiskiddja tal-linja fiż-Żurrieq

Karozza tal-linja skiddjat f’Wied iż-Żurrieq, però ħadd ma weġġa’.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fi Triq Wied iż-Żurrieq għall-ħabta tas-2:15 pm. Ħajt waqa’ meta ħabtet miegħu x-xarabank.

Persuni li kienu fuq il-post qalu ma’ Newsbook.com.mt li jidher li x-xarabank skiddjat minħabba l-ilma tax-xita.

Kelliema għall-Malta Public Transport qalet ma’ Newsbook.com.mt li dan l-inċident kien irrappurtat lill-Control Room u tim tal-kumpanija mar fuq il-post. Qalet li bħalissa qed issir investigazzjoni interna dwar il-każ.