Ritratti: Tintlaqat karozza oħra pparkjata; għin lill-Pulizija

Illum seħħ każ ieħor ta’ hit and run fuq karozza pparkjata fl-Imsida.
Il-karozza tħalliet b’numru ta’ ħsarat fosthom il-fanali mifqugħin u l-bumper maqlugħ.
Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li rapport dwar il-każ daħal dalgħodu għall-ħabta tad-9:30am.
Is-sid tal-karozza appella sabiex kull min għandu xi informazzjoni rigward l-inċident jikkuntattjah.
Ftit tal-jiem ilu seħħ inċident simili fil-Fgura.