Ritratti: Tinfetaħ Pixkerija ġdida

Infetħet pixkerija l-ġdida fil-Marsa b’investiment ta’ madwar €4 miljun, li se tieħu post il-pixkerija l-antika tal-Belt li tmur lura sas-snin tletin.
Fl-inawgurazzjoni tal-pixkerija, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li din il-pixkerija se titħaddem fuq l-ogħla standards Ewropej b’sistema ġdida tal-informatika li se tħaffef u żżid l-effiċjenza tal-proċess.
Żied jgħid li minħabba li l-post individwat għal din il-pixkerija mill-gvern preċedenti ma joffrix aċċess dirett għal baħar, il-gvern kellu jindirizza din il-problema billi jibni faċilità ta’ ħatt biex is-sajjieda jniżżlu x-xogħol metri ‘l bogħod mill-pixkerija.
Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes qal li din mhix biss bidla fil-binja ġdida, iżda wkoll bidla fil-mentalità, fl-istandards u fl-operat. 
Ritratti: DOI – Clifton Fenech