Ritratti: Tinfetaħ id-9 edizzjoni ta’ ‘Betlehem f’Għajnsielem’

‘Betlehem f’Għajnsielem’ infetħet għad-disa’ sena konsekuttiva iktar kmieni llum.
Din is-sena, il-presepju ħaj, li jkopri mal-20,000 metru kwadru, ġie inawgurat mill-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana, li faħħret dan il-proġett kbira bħala wieħed li mhux biss kiseb il-fama fil-Gżejjer Maltin, iżda għamel isem ukoll barra mill-pajjiż.
Il-Ministru Caruana ma naqsitx milli tfaħħar ukoll lill-voluntiera li ddedikaw il-ħin u l-enerġija tagħhom lil dan il-proġett biex, għal sena oħra, ikun wieħed ta’ suċċess.  
Bethlehem f’Għajnsielem se jibqa’ miftuħ sal-Ħadd 7 ta’ Jannar, fil-Festa tal-Epifanija, meta jagħlaq bil-miġja tal-Maġi mill-Mellieħa.
Fl-20 u fil-21 ta’ Diċembru, il-presepju ħaj se jiġi animat mill-istudenti tal-iskola primarja ta’ Għajnsielem.
Kulħadd huwa mistieden biex iżur din l-attrazzjoni prinċipali għall-istaġun tal-Milied f'Għawdex. Id-dħul huwa b’xejn.