Ritratti: Tifel u denfil bi protesi jgħumu flimkien

Cieran Kelso hu tifel Ingliż ta’ tminn snin, li meta kien għadu tarbija kellu l-marda tal-meninġinte u t-tobba ddeċidew li jkun aħjar jekk jaqtgħulu saqajh it-tnejn li huma. 

Minn meta kien żgħir Cieran kien iħobb jara l-film “Dolphin Tale” bil-protagonist ikun id-denfil bl-isem ta’ Winter.  Winter hu denfil speċjali, dan għaliex denbu hu tal-plastik.

Cieran irnexxielu jiltaqa’ ma’ Winter u saħansitra jgħum miegħu fil-pixxina tal-Akwarju Clearwater Marine fi Florida, billi libes par flippers apposta għal kundizzjoni tiegħu.