Ritratti: Tifel ta’ 12-il sena arrestat f’protesti f’Hong Kong

REUTERS/Tyrone Siu

Read in English.

Il-Pulizija ta’ Hong Kong arrestaw madwar 400 persuna fil-protesti tal-ewwel ġurnata tas-sena. Wieħed minnhom kien tifel ta’ 12-il sena.

Il-protesta bdiet bħala waħda paċifika favur id-demokrazija, mbagħad spiċċat bil-Pulizija jitfgħu gas tad-dmugħ fost in-nies biex jisseparaw il-folol. Meta beda xi ġlied, attivisti oħra lebsin l-iswed daħlu fil-folla u ffurmaw katina ta’ persuni. Dan biex jgħaddu affarijiet bħal ġebel, li sfurzat il-Pulizija biex iġibu ir-reinforzi tagħhom.

Il-Pulizija staqsiet biex il-protesta tispiċċa, u l-folol eventwalment telqu meta l-Pulizija ġabu trakk b’kanun tal-ilma. Pulizija lebsin uniformi apposta kontra rewwixti kienu qed iduru t-toroq tal-belt flagħxija.

Il-Pulizija spjegat li fost dawk arrestati kien hemm anka tifel ta’ 12-il sena. Qalet li 4 uffiċjali weġġgħu kaġun tal-protesti.