Ritratti: Tieħu l-ġurament tal-ħatra l-ewwel President mara tas-Slovakkja

Reuters

Zuzana Caputova ħadet il-ġurament tal-ħatra bħala l-ewwel President femminili tas-Slovakkja llum, u wegħdet li se tiġġieled kontra l-impunità u għall-ġustizzja fil-pajjiż li għadu jħoss l-effetti tal-qtil tal-ġurnalist Jan Kuciak is-sena li għaddiet.

Aqra: Filmat: L-ewwel President mara tas-Slovakkja tixgħel xemgħa għal Jan Kuciak

Dan il-qtil tal-ġurnalist u l-għarusa tiegħu kien wassal għal protesti kbar fit-toroq u għal daqqa għall-partit Smer. Minkejja li dan il-partit għadu l-iżjed wieħed popolari, ir-rebħa elettorali ta’ Caputova f’Marzu li għadda imbotta ‘l quddiem lill-alleanza liberali fl-oppożizzjoni, Progressive Slovakia/Together. L-għan tagħhom hu li l-partit fil-poter ma jtellax biżżejjed siġġijiet fl-elezzjoni ġenerali tas-sena d-dieħla.

Aqra: Eks suldat jammetti għall-qtil tal-ġurnalist Jan Kuciak fi Slovakkja

Caputova, li għandha 45 sena u tiġġieled ħafna kontra l-korruzzjoni, qalet fid-diskors tal-inawgurazzjoni tagħha li l-uffiċjali tal-istat li ma kinux kapaċi jneħħu l-korruzzjoni għandhom jitilfu xogħolhom. Hija wegħdet li tagħmel is-sistema ġudizzjarja taħdem b’mod ġust għal kulħadd.