Ritratti: Tieħu ħsieb razzett għall-annimali bi bżonnijiet speċjali

Ritratt: Screenshot minn filmat fuq YouTube

Di Slaney minn Nottinghamshire fl-Ingilterra għal dawn l-aħħar 14-sena qed tieħu ħsieb annimali bi bżonnijet speċjali f’razzett li xtrat għal tal-apposta. Dan is-santwarju uniku għal dawn il-ħlejjaq s’issa salva aktar minn 170 annimal li ħadd ma riedhom u li kieku ma ġabrithomx hi kienu se jispiċċaw jinqatlu.

Ritratt: Screenshot minn filmat fuq YouTube

Di qatt ma riedet razzett biex tkabbar il-ħaxix għall-ikel imma ħsiebha kien biss li jkollha razzett għall-annimali. Taħdem bla waqfien il-ġurnata kollha biex iżżomm f’kundizzjoni tajba tant annimali li jinkludu Dumpy, nagħġa b’geddum diformat; Ronnie, mogħża li kibret ħafna; nagħaġ bl-artrite, papra b’sieq waħda u ħnieżer b’vista batuta ħafna.

Ritratt: Screenshot minn filmat fuq YouTube

Parti minn dak li tħobb tagħmel hi li fir-razzett tagħha tipprova tressaq lill-annimali qrib xulxin biex isibu li xi annimal li jagħmel ħbieb ma’ ieħor. Bosta drabi jirnexxilha u meta ssib par li jaqblu flimkien Di titla’ s-sema.

Ritratt: Screenshot minn filmat fuq YouTube

Il-mara temmen li l-annimali jgħallmuk ħafna u s-sempliċità tagħhom turik kemm hi mħawda l-ħajja tal-bniedem li ma jagħrafx jgħix b’mod aktar sempliċi.

Ritratt: Screenshot minn filmat fuq YouTube

“Il-ħajja mgħaġġla fil-belt dejqitni,” qalet Di waqt dokumentarju maħdum mill-BBC. “Hawnhekk fir-razzett sibt il-vera missjoni tiegħi fil-ħajja: dik li nagħti ħajja aħjar lil tant annimali li għandhom bżonn l-għajnuna tagħna l-bnedmin.”