Ritratti: Tibżax mill-ġrieden!

Fotografa Franċiża qed tieħu ritratti sbieħ tal-ġrieden biex tipprova tkisser l-idea negattiva dwarhom.
Tispjega li dawn huma ħlejqiet intelliġenti ħafna u jħobbu jkunu ma’ sħabhom u mal-persuni favoriti tagħhom.
Tgħid li jagħmlu ħbieb malajr, iħobbu jilgħabu, jitfissdu u huma nodfa ħafna.
Tgħid li min għandu ġurdien bħala annimal domestiku jgħid li qisu għandu kelb ċkejken.