Ritratti: Tibda ż-żjara tal-Granmastru Fra Matthew Festing f’Malta

Illum wasal f’Malta il-Granmastru tal-Ordni ta’ San Ġwann Fra Matthew Festing.
Iktar kmieni filgħodu, il-Granmastru kellu laqgħat uffiċjali fosthom mal-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca.
Matul iż-żjara tiegħu f’Malta, il-Granmastru se jkompli jiltaqa’ mal-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż u se jżur ukoll il-Birgu fejn se jingħata t-titlu ta’ Ċittadin Onorarju.
Għada l-Arċisqof Charles Scicluna se jiċċelebra quddiesa fil-Kon-Katidral ta' San Ġwann fl-okkażjoni taż-żjara statali tal-Granmastru Fra Matthew Festing.

Ritratt: Clodagh Farrugia O’Neill – DOI