Ritratti: Tibda l-protesta Nazzjonali kontra l-korruzzjoni

Tibda l-Protesta Nazzjonali organizzata mill-Partit Nazzjonalista kontra l-korruzzjoni.
Fost il-kelliema waqt id-dimostrazzjoni tal-Partit Nazzjonalista kontra l-korruzzjoni se titkellem il-Membru Parlamentari indipendenti Marlene Farrugia.
Żewġ kelliema oħra se jkunu l-Avukat Arthur Galea Salamone u l-eks-President tal-Kunsill Studenti Universitarji Karl Grech.
Iktar kmieni din il-ġimgħa, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil kien qal li 
l-protesta kontra l-korruzzjoni ssir anki jekk il-Ministru tal-Enerġija jitneħħa mill-uffiċju tiegħu għax issa jmiss li jitlaq Joseph Muscat.