Filmat: Tibda l-maratona ta’ Puttinu fil-Marsa

Il-maratona ta’ Puttinu Cares bdiet permezz ta' Quddiesa li għaliha attendiet ukoll il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, flimkien maċ-ċkejken Nigel li xi żmien ilu għadda minn trapjant f’qalbu.
Il-maratona annwali tal-futbol u l-volibol għandha l-għan ewlieni li jinġabru fondi sabiex tittaffa t-tbatija u l-piż finanzjarju tal-qraba ta’ dawk morda bil-kanċer, b’mod partikolari t-tfal.
Tul l-aħħar snin, il-poplu Malti u Għawdxi investa mat-8 miljuni fl-appartamenti li Puttinu Cares għandu ġewwa Sutton fl-Ingilterra.
Madanakollu, d-domanda għal aktar għajnuna żdiedet hekkkif issa minn bejn 20 u 30 pazjent fix-xahar qed jitilgħu għall-kura l-Ingilterra propju 60 u 90 pazjent fix-xahar.
Għal din ir-raġuni Puttinu Cares qed jissielet sabiex ikollu l-fondi kollha meħtieġa sabiex il-proġett tal-appartamenti fiċ-ċentru ta’ Londra isiru realtà.
L-appartamenti ta’ Londra huma bżonnjużi għal dawk kollha li jitilgħu fiċ-ċentru għall-kura, liema proġett se jiġi jiswa bejn €16 u €20 miljun.
Din il-maratona qed issir wara li f’Marzu l-Gvern ta donazzjoni ta’ €5 miljuni għal dan il-proġett, filwaqt li f’maratona ġbir ta’ fondi inġabru propju mal-€1,620,530.
Ritratt: Puttinu Cares