Ritratti: Tibda l-aħħar ġimgħa ta’ Ħbieb u Għedewwa

L-aħħar ġimgħa ta’ Ħbieb u Għedewwa tibda llum it-Tnejn bis-96 puntata mis-sitt u l-aħħar staġun ta’ din il-produzzjoni ta’ Rewind li qed tixxandar fuq Melita More, Cable Channel 315 fl-3.45pm b’repetizzjoni l-għada fl-10.15am.

Fl-episodju tal-lum it-Tnejn Feliċ isib ruħu f’sitwazzjoni diffiċli ħafna. Insiru nafu kif Gloria kienet taf fejn qiegħed. X’ser jiġrilu Feliċ u min imur fil-ħin?

Chris u Martha jerġgħu jiġġieldu ħafna bejniethom. X’se jgħidilhom Frankie? X’se jagħmel?

Ħbieb u Għedewwa għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa.

L-aħħar episodju ta’ Ħbieb u Għedewwa jixxandar il-Ġimgħa 14 ta’ Awwissu, b’repetizzjoni t-Tnejn 17 ta’ Awwissu fl-10.15am.