Ritratti: The Palace Hotel b’menu ġdid għall-persuni neqsin mid-dawl

Ir-ristorant Talk of Town Cafe f’ The Palace Hotel mexa pass lil hinn fl-inklużjoni tal-persuni b’abbitajiet differenti, hekk kif issa għandu wkoll menu miktub bil-braille għal persuni neqsin mid-dawl.
F’ħidma mal-Fondazzjoni għall-Aċċessibiltà tat-Teknoloġija Informattiva, il-FITA, il-ħaddiema u l-operat tar-ristorant ħolqu dan il-menu sabiex jiżguraw li kulħadd jesperjenza l-aqwa u l-aħjar servizz kif taf toffri The Palace ta’ Tas-Sliema, flimkien mat-tjubija tal-ikel magħrufa għaliha.
Il-Maniġer tal-Ħidma ta’ Kuljum tal-lukanda, James Galea, qal li din l-inċentiva tgħin fl-indipendenza u l-kumdità ta’ persuni neqsin mid-dawl.
Mhux biss dawk neqsin mid-dawl ħasbu fihom tar-ristorant, iżda anki dawk li l-vista tagħhom hi mxekkla b’xi mod jew ieħor, billi l-menu hu miktub ukoll bi kliem kbir u ċar.
Finalment, il-Maniġer tal-Lukanda, Kevin Callus, sostna li li f’The Palace u l-lukandi l-oħra tal-AX Hotels kulħadd jaħdem sabiex jagħti aktar minn kemm hu mistenni minnu, u għalhekk huma l-aqwa li wieħed isib f’din l-industrija.