Ritratti: The Cawnpore Cup 2019

DOI: Kevin Abela

Saret il-logħba annwali tal-polo, The Cawnpore Cup 2019. Jilagħbu kien hemm l-aqwa plejers tal-polo Malti. Għal din l-attività attendew il-President ta’ Malta George Vella flimkien ma’ martu.

Il-flus miġbura waqt il-logħba marru kollha għall-Malta Community Chest Fund Foundation. Il-President ta’ Malta ppreżenta t-tazza lit-tim rebbieh.