Ritratti: Tfulit Ronaldo f’għeluq il-35 sena

Waqt li jħares lejn il-lenti tal-kamera li ħadulu r-ritratt biha meta rreġistrawh għall-ewwel darba mal-FA ta’ Funchal, lanqas Ronaldo stess ma basar li kien se jkun l-istilla li hu llum il-ġurnata. Fl-età ta’ seba’ snin jidher ferm bogħod mill-istilla li hu llum. Huwa għalaq 35 sena din il-ġimgħa u jidher li għadu għaddej b’ritmu tajjeb.

Bħala tifel żgħir żgur li ħolom li xi darba jirbaħ il-ballun tad-deheb u s’issa rnexxielu jirbħu ħames darbiet. Iżda dan kien l-ewwel pass li wasslu jsir il-leġġenda ta’ Manchester United, Real Madrid u ta’ pajjiżu, il-Portugall.

Meta kellu biss seba’ snin, Ronaldo beda jilgħab ma’ Club Futebol Andorinha, qabel ma pprova xortih ma’ Club Desportivo National.

Ara r-ritratti minn ħajjet Ronaldo: