Ritratti: Tfal u kbar jattendu għat-tberik tal-annimali

Dalgħodu fil-Mosta sar it-tberik tal-annimali b’diversi tfal ħadu l-pet tagħhom għat-tberik ħdejn il-kappella ta’ Sant’Anton Abbati fil-Mosta.
Newsbook.com.mt jinsab infurmat li din is-sena kienu aktar it-tfal u l-kbar li attendew għat-tberik tal-annimali.
Fl-okkażjoni tal-festa ta' Sant'Anton Abbati, l-Arċipriet tal-Mosta Dun Albert Buhagiar qal it-talba tat-tberik tal-annimali filwaqt li bierek l-annimali u l-bhejjem tat-tfal u l-kbar.
Preżenti wkoll kien hemm il-banda tal-iscouts tal-Mosta.
Il-kappella ta’ Sant’Anton Abbati hi waħda minn madwar għaxar kappelli li jinsabu fil-Mosta.
Il-Ħadd li għadda saret il-purċissjoni ta' Sant'Anton Abbati fir-Rabat. 
Ta’ min jgħid li l-Ħadd li ġej, 25 ta’ Jannar, fil-Mosta ssir il-festa ta’ San Pawl Eremita fil-kappella ddedikata lilu f’Wied il-Għasel, b’quddiesa li tibda’ fit-3:30pm li tkun bil-kant u l-priedka.
 
Ritratti: Mark Micallef – www.mostarotunda.com