Ritratti: Tfajliet jintlaqtu minn karozza meta kienu qed jaqsmu

Żewġ tfajliet intlaqtu minn vettura meta kienu qed jaqsmu t-triq.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-4 ta’ wara nofsinhar meta ż-żewġ tfajliet li għandhom 15 u s-16-il sena kienu qed jaqsmu fi Triq il-Kbira San Ġużepp fil-Ħamrun, faċċatta ta’ Dar San Ġużepp.
Huma ntlaqtu minn vettura misjuqa minn raġel ta’ 39 sena residenti l-Ħamrun.
Fuq il-post waslu l-Pulizija kif ukoll tim mediku mill-isptar Mater Dei, li ħadu t-tfajliet l-isptar Mater Dei għall-kura.
Il-kundizzjoni tagħhom mhix magħrufa.