Ritratti: Tfajliet isibu kelb marbut u mormi fl-iskart

Emilia Lucchese u l-ħabiba tagħha Enrica Bianchi kienu mixjin fit-toroq ta’ Messina fi Sqallija meta semgħu ħsejjes ġejjin minn kontenitur tal-iskart.
Meta fetħu l-għatu tal-kontenitur inħasdu għaliex sabu li kien hemm kelb marbut minn idejh u saqajh b’wire u mormi f’borża taż-żibel.
Il-kelb li ngħata l-isem ta’ Oliviero kien qed ibagħti minn nixfa kbira.
Lucchese u Bianchi ħadu r-ritratti u poġġewhom fuq is-siti soċjali filwaqt li l-Pulizija Taljana bdiet investigazzjoni biex jiġi arrestat sid il-kelb.