Ritratti: Terremot fil-Filippini joqtol 11-il persuna

Reuters

Gruppi ta’ salvataġġ qegħdin ifittxu lin-nies bit-tama li jsibu min irnexxielu jsalva terremot qawwi li ħasad l-ikbar gżira fil-Filippini, Porac, u qatel tal-inqas 11-il persuna.

It-terremot, li ħakem il-Filippini nhar it-Tnejn fil-5pm, kien ta’ qawwa 6.1 u ġarraf diversi binjiet. Tul il-lejl, ġew salvati 7 persuni u nstabu 4 katavri f’binja li kienet supermarket.

Il-Gvernatur provinċjali ta’ Pampanga, Lilia Pineda, qalet li ħadd ma jista’ jgħid kemm hemm nies maqbudin, u qalet li t-tfittxija għadha għaddejja. Intuża makkinarju apposta biex jerfa’ l-ħitan mirduma fil-binjiet imġarrfa, u klieb tat-tfittxija għenu lill-ħaddiema tat-tifi tan-nar u lill-militar biex ifittxu l-ħajja qalb il-konkrit.

It-terremot inħass sew fiż-żoni tan-negozju f’Manila, u ġew evakwati binjiet residenzjali u anke uffiċċji wara li nħass it-theżżiż.