Ritratti: Terremot f’Ateni; “L-ebda Maltin ma weġġgħu” – Il-Ministru Abela

Reuters

L-ebda persuna Maltija ma ndarbet f’terremot qawwi li nħass f’Ateni fil-Greċja skont il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela.

From info received, no Maltese national was hit by the earthquake that occurred in #Athens. The @MaltaInGreece is following the situation closely. @MFAMalta @MaltaGov https://t.co/nSOdLRP9gV

— Carmelo Abela (@AbelaCarmelo) July 19, 2019

Abela kiteb dan fuq Twitter, wara t-terremot tal-forza 5.1 li ħakem Ateni, u ħoloq kaos sħiħ b’nies jiġru ‘l barra mill-bini. It-terremot affettwa wkoll l-elettriku u t-telekomunikazzjoni fil-belt kapitali Griega.

Xi nies li kienu hemm qalu li t-terremot kien qawwi iżda ma damx ħafna, madwar kwarta. L-awtoritajiet qalu li l-Akropoli, fejn hemm numru ta’ binjiet Griegi antiki, fosthom il-Partenon, ma ġralha xejn.

Mijiet bdew jaħarbu mill-binjiet li kienu fihom, u jmorru fil-Pjazza Syntagma biex ma jintradmux taħt bini li jista’ jikkrolla. Żewġ persuni weġġgħu ftit minħabba f’hekk, skont uffiċjali għas-saħħa.