Ritratti: Tegħreq Venezja, jogħla l-ilma

REUTERS/Guglielmo Mangiapane

Read in English.

Is-Sindku ta’ Venezja huwa ppreparat biex jiddikjara lil Venezja bħala żona ta’ dizastru, hekk kif kellha t-tieni rekord tal-ogħla livell ta’ ilma jgħerreq il-pjazzez u postijiet storiċi tagħha.

L-ogħla rekord huwa ta’ 194ċm ilma fl-1966. Skont l-uffiċjali tal-post, l-ilma lbieraħ tela’ sa 187ċm.


Is-Sindku qal fuq Twitter li l-ħsarat huma kbar, u li se jsaqsi lil Gvern biex jgħin. Huwa appella lin-nies biex jieħdu ritratti u filmati kemm jifilħ, bħala provi. Qal ukoll li dan huwa riżultat tat-tibdil fil-klima.